Press Releases

News   »   Press Releases

Distribuzzjoni cilindri tal-gass

L-Ghaqda tal-Konsumaturi llum qed tippubblika r-reazzjoni taghha dwar id-dokument ‘Reform of the LPG market structure - the Door-to-Door Distribution and Retail of LPG Cylinders" li l-Awtorita’ ta’ Malta ghar- Rizorsi harget ghal konsultazzjoni pubblika aktar kmieni dan ix-xahar.

Dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma bbazati fuq ilmenti maghmula minn konsumaturi u mibnija fuq l-esperjenza ezistenti migjuba bhala rizultat tal-eskluzivita’ geografika ga moghtija lid-distributuri tac-cilindri tal-gass. L-Ghaqda ssostni li din is-sistema bazikament gabet deterjorament tal-kwalita’ fis-servizz moghti lill-konsumaturi.

Allegazzjonijiet ta' mili illegali ta' cilindri tal-gass

L-allegazzjoni mressqa mill-kumpanija Liquigas hija serja. Is-sahha u s-sigurta’ talkonsumaturi tigi l-ewwel u qabel kollox - dan huwa principju fundamentali.

L-Ghaqda tistenna li l-Awtorita’ ta’ Malta ghar-Rizorsi flimkien mal-Awtorita ta’ Malta ghall-Kompetizzjoni u ghall-Affarijiet tal-Konsumatur jinvestigaw jekk humiex qed jigu mpoggija fis-suq cilindri li huma perikoluzi ghall-konsumatur u kienx hemm lok ta’ prattici kummercjali mhux gusti.

UPDATED - Liberalise the gas distribution market

The Consumers’ Association has called for the liberalisation of the gas distribution market.

In a statement this morning, it said it believed that the interests of consumers should always come before those of operators and pique.

Xiri taz-zejt mill-Libja - Konsumaturi jistennew rohs

L-Għaqda tal-Konsumaturi tilqa’ b’sodisfazzjon il-memorandum of understanding milħuq bejn il-Gvern Malti u dak Libjan għal xiri ta’ żejt mhux raffinat, fjuwil, dijżil, petrol u LPG b’rati favorevoli ħafna għal Malta.

Oil Procurment Scandal: Consumer Authorities asked to investigate

L-Għaqda tal-Konsumaturi titlob lill-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) u l-Awtorita’ ta’ Malta għar-Riżorsi (MRA) sabiex jiġi investigat l-aġir tal-Enemalta għad-danni sofferti mill-konsumaturi fid-dawl tar-rapport tal- Awditur Ġenerali.

L-Għaqda tal-Konsumaturi hija mħassba bil-kontenut tad-diversi rapporti kemm fuq il-media kif ukoll wara r-rapport maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika fil-qasam tal-enerġija partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam mal-prattiċi għal xiri ta’ żejt għall-ġenerazzjoni talelettriku. L-Għaqda hija konċernata minħabba l-fatt li kwalunkwe prattika f’dan il-qasam ikollha effett dirett fuq il-konsumaturi Maltin u Għawdxin ‘il għaliex finalment ikunu huma li jispiċċaw iħallsu l-kontijiet li kienu eżorbitanti għal dawn l-aħħar snin.

L-Għaqda tinnota li aspett tad-detriment li seta’ b’xi mod sofra l-konsumatur Malti u Għawdxi mhux jingħata l-attenzjoni xierqa mill-Awtoritajiet konċernati. Anzi huwa preokkupanti l-fatt li l-ebda awtorita’ li suppost qegħda hemm biex tħares l-interessi talkonsumaturi Maltin u Għawdxin ma esprimiet ruħha fuq din il-materja u lanqas biss aċċennaw li ser jiftħu xi investigazzjoni fuq inizjattiva tagħhom kif għandhom il-poter li jagħmlu mogħti lilhom skont il-liġi.

Għalhekk l-Għaqda ħadet l-inkarigu hija stess u talbet l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur u dik għar-Riżorsi sabiex tinvestiga l-aġir tal- Enemalta fis-snin imgħoddija u flimkien jevalwaw x’kien id-dannu li sofrew il-konsumaturi Maltin u Għawdxin u jekk l-aġir tal-Enemalta wassalx għal tariffi għolja bla bżonn. Qed nitolbu li din l-investigazzjoni ssir minn dawn l-Awtoritajiet in vista tal-fatt li huma dawn iż-żewġ regolaturi li flimkien għandhom ir-responsabbilita’ li japprovaw il-prezz finali għallkonsumatur, li jassiguraw li jkun hawn prattiċi kummerċjali ġusti u jsegwu l-liġi talkompetizzjoni.

L-Għaqda tistenna li l-Awtoritajiet ikkonċernati jaslu għall-konklużjoni ta’ din l-investigazzjoni f’qasir żmien. Fuq kollox l-Għaqda tistenna li dawn iż-żewġ awtoritajiet jaħdmu flimkien u mhux joqogħdu jilagħbu ping pong bl-iskuża li m’għandhomx poteri skont il-liġi rispettivi tagħhom bħal ma ġieli għamlu fil-passat.

L-Għaqda tfakkar li l-liġijiet intiżi biex jipproteġu l-interessi tal-konsumatur inbidlu diversi drabi tul dawn l-aħħar sentejn bl-iskuża li l-Awtoritajiet ser ikunu jistgħu jaħdmu aħjar u allura issa ma tistenniex li jkun hemm problemi biex din il-kwistjoni tkun indirizzata f’qasir żmien.

30 ta' Lulju 2013

CA continues to insist on Unit Pricing ..... the MCCAA continues to drag its feet

unit_pricing.JPG  In a press statement the CA urges the EU Commission to force MCCAA to enforce a legislation which has been approved by Parliament for over 10 years.


<< Previous 1 2 3 Next >>

Contact Us

Head Office
Tel: +356 21239091
Email: info@camalta.org.mt

Follow Us
Mailing List
Sign up if you would like to receive occasional informative mails from us. Use our contact form to unsubscribe.